Discussions


Displaying posts 1 - 1 out of 1.
  • Jien nixtri l-ghagina lesta (short crust), pero tista' taghmilha inti wkoll. L-ammonti ma nafhomx bl-amment imma jkollok bzonn dqiq plain, melh, margarine u ilma kiesah. Ghall-mili, jien inqalli bazi ta' basal, karrotti u karfus f'borma waterless, imbaghad inzid bott polpa jew passata, dada tal-pork jew ham jew beef, ftit curry, bzar u melh u ftit mixed herbs. Imbaghad nitfa' daqs nofs kilo fillet tal-majjal imqatta' cubes u patata mqatta' cubes. Inhalli kollox itektek ghal xi siegha u fl-ahhar nitfa' bott pizelli. Halli t-tahlita tiksah qabel titfaghha fuq l-ghagina u jekk jista' jkun ara li ma tkunx immerrqa wisq. Naturalment tista' tvarja l-ingredjenti skont gostik. Ezempju ommi kienet taghmilha bil-kapuljat u l-corned beef u jien gieli naghmilha bl-isteak flok bil-majjal. Enjoy. Pero taghmilhiex spiss ghax thaxxen hafna 🙂

    Posted on 13:33 on 23 March