Discussions


Displaying posts 1 - 1 out of 1.
  • Is-Seba' Visti

    The following is a sample of the prayers normally recited at each of the 7 churches. Each church is related to a Visit

    Adorazzjoni ghal Hamis ix-Xirka. Nimxu wara Gesu' mill-Getsemani sal-Kalvarju.

    L-EWWEL VISTA
    Gesu' fil-Gnien tal-Getsemani:
    Nadurawk, O Gesu' u nberkuk ghax b'salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

    Gesu' flimkien mad-dixxipli wasal fil-gnien tal-Getsemani u qal: "Ghandi ruhi mnikkta ghall-mewt; ibqghu hawn u ishru mieghi."Mexa kemmxejn il-quddiem, inxtehet wiccu fl-art jitlob, u qal: "Missier, jekk jista jkun, bieghed minni dan il-kalci! Imma mhux kif irid jien,izda kif trid int."

    Missierna, Sliema, Glorja (Hames darbiet)

    IT-TIENI VISTA
    Guda, b'Bewsa ittradejtni:
    Nadurawk, O Gesu' u nberkuk ghax b'salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

    Sinjur Alla tal-hniena illi hallejt li tkun minn Guda mqarraq b'bewsa, ghatini grazzja li ma nqarraq qatt la lilek u lanqas lill-proxxmu tieghi u li jiena dejjem inkun imhejji biex nuza dik il-karita u mhabba mhux biss versu l-hbieb tieghi imma wkoll ghal dak tal-ghedewwa tieghi.

    Missierna, Sliema, Glorja (Hames darbiet)

    IT-TIELET VISTA
    Gesu' mehud quddiem Kajfa:
    Nadurawk, O Gesu' u nberkuk ghax b'salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

    Is-suldati u l-kaptan taghhom, flimkien ma' l-ghasses tal-Lhud, hadu lil Gesu' ghand Kajfa il-qassis il-kbir, u ngabru l-qassisin il-kbar kollha u x-xjuh u l-kittieba. Kajfa kien ta parir lil-Lhud li jkun jaqbel li bniedem wiehed imut ghall-poplu. Bdew ifittxu xiehda kontra Gesu' biex jaghtuh il-mewt, u ma sabux.

    Missierna, Sliema, Glorja (Hames darbiet)

    IR-RABA' VISTA
    Gesu' mehud quddiem Pilatu:
    Nadurawk, O Gesu' u nberkuk ghax b'salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

    Filghodu kmieni, il-qassisin il-kbar iltaqghu max-xjuh,mal-kittieba u mas-Sanhedrin kollu biex jiftiehmu bejniethom. Imbaghad,rabtu lil Gesu' haduh u tawh f'idejn Pilatu. Pilatu staqsieh: "Inti s-sultan tal-Lhud?" u hu wiegbu u qallu: "Inti qieghed tghidu." Il-qassisin il-kbar bdew jaqilghu hafna akkuzi kontra tieghu… Imma Gesu' ma wiegheb xejn, hekk li Pilatu baqa' mistaghgeb!

    Missierna, Sliema, Glorja (Hames darbiet)

    IL-HAMES VISTA
    Gesu' mehud quddiem Erodi:
    Nadurawk, O Gesu' u nberkuk ghax b'salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

    Erodi ferah meta ra lil Gesu' ghax, minn dak li kien sema' fuqu, kien ilu zmien jixtieq jarah. Ghamilu bosta mistoqsijiet, imma Gesu' ma wiegheb xejn. Is-skiet ta' Gesu' kien canfira qawwija kontra l-ghemil hazin, u quddiem dan is-skiet Erodi ma sab xejn x'jghid. Ipprova jwaqqghu ghac-cajt. Imma l-Mulej baqa' sieket

    Missierna, Sliema, Glorja (Hames darbiet)

    IS-SITT VISTA
    Gesu' mehud lura ghand Pilatu:
    Nadurawk, O Gesu' u nberkuk ghax b'salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

    Pilatu qalilhom: "Gibtuli quddiemi lil dan il-bniedem bhala wieghed li qieghed ixewwex lill-poplu. Ara jiena stharrigtu quddiemkom fuq dawn l-akkuzi u ma sibt ebda htija fih. U anqas Erodi ma sab, ghax rega' baghtu ghandi. Qeghdin taraw mela, li ma ghamel xejn li haqqu l-mewt." Izda huma ghajtu: "Salbu, salbu!" Pilatu halla lilu nnifsu jintrebah mill-biza ghal giehu, hasel idejh u tah f'idejhom biex isallbuh huma!

    Missierna, Sliema, Glorja (Hames darbiet)

    IS-SEBA' VISTA
    Gesu' lejn il-Kalvajru:
    Nadurawk, O Gesu' u nberkuk ghax b'salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

    Gesu' refa' is-salib u hareg lejn il-post li jghidulu Golgota. Hemm huma sallub bejn zewg hallelin. Bil-mixja tieghu lejn il-Kalvarju, u bil-mewt tieghu fuq is-salib, Gesu' jaghtina l-akbar xhieda ta' mhabbtu. Dan kollu hu garrbu biex int titwieled mill-gdid fil-hbiberija ma' Alla.

    Missierna, Sliema, Glorja (Hames darbiet)

    Posted on 11:12 on 21 April