In-Nannu Cens u l-Platti tal-Melh


Cens Scicluna hu xwejjah ta’ tmienja u sebghin sena minn Bormla. Minn ckunitu nghaqad mad-Domus Piju IX u ghadu gej u sejjer sewwa sew bhalma kien meta kien ghadu nitfa ta’ tifel.

“Din it-tieni dar taghna tigi,” qalli, “inqattghu hafna hin hawnhekk. Dan hu lokal semi-religjuz, jingabru hafna zghazagh flok joqoghdu jigru barra, isir hafna gid … U dawn li llum imexxuh nafhom tfal jien … min jaf kemm bqajna nahdmu hawnhekk sas-siegha ta’ bil-lejl!”

In-nannu Cens joqghod bil-qiegha fuq siggu gholi. Madwaru mejda kbira, mejda mdaqqsa gmielha li kwazi timla l-kamra kollha kemm hi. Fuqha hemm bwieqi ckejknin, kollha ross ta’ kull lewn, kull kisra ta’ lewn, platti kollhom melh mimsuhin sax-xifer, ohrajn imbattlin fuq xulxin donnhom jistennew li imtlew ukoll bir-ross jew bl-ghagin jew bid-dqiq jew bil-melh…

Kien hemm ghodda, pinzetti u kuccarini u kaxxi tal-melh, bicciet tal-hadid, rigi u bicciet ta’ l-injam. Kien hemm stampi ta’ xeni mill-Bibbja li jfakkru fi zmien il-Gimgha l-Kbira. Kien hemm stampi kbar u ohrajn zghar, kien hemm inkwadri kbar, stampi sagri, stampi biblici, kien hemm platti ghadhom jinhadmu bid-disinn ghoddu lest, rossa rossa, wahda wara l-ohra, wahda hdejn l-ohra, wahda tirfed lil ta’ hdejha. Kull whada kwazi l-istess lewn bhal ta’ hdejha, donna ma tintghazilx minn ta’ madwarha, izda f’daqqa wahda tara li tinbena stampa l-gmiel taghha, bid-dellijiet u bil-perspettiva ta’ artist li jaf ihaddem l-ilwien. Il-platt tar-ross qisu hjatat li joholqu d-disinn, donnhom jiccaqalqu, donnhom irrakkmati. Tibda tara l-wicc li hemm fuq il-karta ta’ l-istampa ftit ftit jitwieled fuq il-platt. Kull tinja fid-drapp qadim ta’ l-istampa donnha tiehu l-hajja fuq il-platt, qalb l-ghagin u r-ross u l-melh u d-dqiq.

Kull lewn jibda jinkiser ftit ftit, minn kannella jibda jiccara, qisu jibda jisfar, donnu jiehu lewn il-hobz, il qalba tal-hobz. L-abjad jibda jithabbel ma’ l-iswed, isir griz, daqqa jiccara, daqqa jisfuma fid-dell iswed tad-daqna ta’ San Pietru jew xi appostlu jew profeta. Xi drabi l-melh iswed jithabbel mal-melh ahmar jew ma’ l-ahdar tad-drapp u jintilef fit-tikmixa…

(Il-Hadd magazine, 16 ta’ April, 2000)

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

*

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.