Il-Passjoni ta` Sidna Gesu` Kristu


L-Evangelju (26, 14- 27, 66)
Personaggi: +=Gesu; K=Kronista; S=Sinagoga; P=Poplu
Il-Passjoni ta’Sidna Gesu Kristu skond San Mattew
K: F’Dak iz-zmien : wiehed mit-tnax, jismu Guda l-Iskarjota, mar ghand il-qassisin il-kbar u qalilhom:
S: “Xi tridu taghtuni u jiena naghtikom ‘il Gesu f’idejkom?”
K: U huma tawh tletin bicca tal-fidda bhala hlas. Minn dak il-hin beda jfittex okazzjoni tajba biex jaghtihom lil Gesu f’idejhom. Fl-ewwel jum ta’ l-Assmi d-dixxipli resqu lejn Gesu u qalulu:
P: Fejn tridna nhejjulek l-ikla tal-Ghid?”
K: U hu qalilhom:
+: “Morru l-Belt ghand it-tali u ghidulu: “Qallek l-Imghallem: is-siegha tieghi waslet: jiena sa naghmel L-ikla tal-Ghid ghandek mad-dixxipli tieghi.”
K: Id-dixxipli ghamlu kif ordnalhom Gesu u hejjew l-ikla tal-Ghid. Ghall-hin ta’ filhaxija Gesu qaghad fuq il-mejda flimkiem mat-tnax, u waqt l-ikel, qal:
+: “Tassew, nghidilkom li wiehed minnkom sa jittradini.”
K: Huma bdew isewdu qalbhom hafna, u kull wiehed minnhom saqsieh:
P: “Jaqaw jien, Mulej?”
K: Wiegeb Gesu u qalilhom:
+: “ Dak li jmidd idu, u jbill il-hobz fi platt wiehed mieghi, dak sa jittradini. Bin il-bniedem imur, kif hemm miktub fuqu; imma hazin ghalih dak il-bniedem li permezz tieghu Bin il-Bniedem ikun moghti f’idejn l-ghedewwa! Kien ikun ahjar ghalih dak il-bniedem li kieku ma twieled xejn!”
K: Qabez Guda, dak li ttradieh u qallu:
S: “Jaqaw jien, Rabbi?”
K: Wiegbu Gesu:
+: “Int stess qieghed tghidu.”
K: Huma u jieklu, Gesu ha l-hobz f’idejh, qal il-barka, qasmu, newlu lid-dixxipli u qal:
+: “Hudu, kulu, dan hu gismi.”
K: Imbaghad ha l-kalci f’idejh, radd il-hajr, newlilhom il-kalci u qal:
+: “ Ixorbu lkoll minnu, ghax dan huwa demmi, id-demm tal-patt li jixxerred ghall-kotra ghall-mahfra tad-dnubiet. Nghidilkom li ma nergax nixrob izjed minn dan il-frott tad-dielja sa dak in-nhar li nixrob inbid gdid maghkom fis-Saltna ta’ Missieri.”
K: Kantaw is-Salmi u hargu lejn il-gholja taz-zebbug. Imbaghad Gesu’ qalilhom:
+: “Ilkoll kemm intom sa tithawdu minhabba fija f’dan il-lejl: ghax hu miktub, ‘Nidrob ir-raghaj, u n-naghag tal-merhla jitferrxu!’ Imma wara li nqum mill-mewt, immur il-Galilija qabilkom.”
K: Qabez Pietru u qallu:
S: “Jekk jithawwad kulhadd minhabba fik, jien ma nithawwad qatt.”
K: Qallu Gesu:
+: “ Tassew, nghidlek, li l-lum, qabel ma jidden is-serduq, int tkun ga chadtni tliet darbiet.”
K: Qallu Pietru:
S: “Le, ma nichdekx, anqas jekk ikolli mmut mieghek!”
K: U d-dixxipli l-ohra wkoll, kulhadd qal l-istess. Imbaghad Gesu, flimkien mad-dixxipli tieghu, wasal f’qasam, jhiduli l-Getsemani, u qal lid-dixxipli:
+: “Oqoghdu bil-qieghda hawn sa kemm immur hemmhekk nitlob.”
K: U ha mieghu ‘l Pietru u z-zewg ulied ta’ Zebedew, u beda jsewwed qalbu u jiddejjaq. Imbaghad qalilhom:
+: “Ghandi ruhi mnikkta ghall-mewt; ibqghu hawn u ishru mieghi”.
K: Mexa kemmxejn ‘il quddiem, inxtehet wiccu fl-art jitlob u qal:
+: “Missier, jekk jista’ jkun, bieghed minni dan il-kalci! Imma mhux kif irrid jien, izda kif trid int.”
K: Gie hdejn id-dixxipli u sabhom reqdin; u qal lil Pietru:
+: “ Mela ma flahtux tishru siegha wahda mieghi? Ishru u itolbu biek ma tidhlux fit-tigrib. L-ispirtu, iva irid; imma il-gisem dghajjef.”
K: Ghat-tieni darba rega’mar jitlob u qal:
+: “Missieri, jekk dan il-kalci ma jistax jghaddi bla ma nixorbu, tkun maghmula r-rieda tieghek.”
K: Mill-gdid gie sabhom reqdin ghax ghajnejhom kienu tqal bin-nghas. Halliehom, u rega mar jitlob ghat-tielet darba, u qal l-istess kliem. Imbaghad gie hdejn id-dixxipli u qalilhom:
+: “ Issa ha torqdu u tistriehu? Ara, is-siegha waslet, u Bin il-Bniedem sa jkun moghti f’idejn il-midinbin. Qumu! Imxu mmorru! Ara, dak li sa jittradini huwa fil-qrib!”
K: Kif kien ghadu jitkellem gie Guda, wiehed mit-Tnax, b’gemgha kbira ta’nies mieghu, armati bis-sjuf u l-bsaten, mibghutin mill-qassisin il-kbar u x-xjuh tal-poplu. Issa dak li kien sa jittradih kien tahom sinjal u qalilhom:
S: “ll dak li nbus, dak hu: aqbduh.”
K: U minnufih resaq fuq Gesu u qallu:
S: “ Sliem ghalik, Rabbi!”
K: U biesu. U Gesu qallu:
+: “ Habib, ghalhekk gejt inti!”
K: Huma resqu lejh, meddew idejhom fuq Gesu u qabduh. Wiehed minn dawk li kienu ma’ Gesu hareg idu u silet is-sejf, darab lill-qaddej tal-qassis il-kbir u qataghlu widintu. Imbaghad Gesu qallu:
+: “Erga’ dahhal sejfek f’postu, ghax kull min jaqbad is-sejf, bis-sejf jinqered. Tahseb int li ma nistax nitlob ‘il Missieri u jibghatli issa stess aktar minn tnax-il legjun ta’angli? Izda mbaghad kif issehh l-lskrittura li tghid li hekk ghandu jsir?”
K: Fl-istess hin Gesu qal lin-nies:
+: “Qiskom hrigtu ghal xi halliel, armati bis-sjuf u l-bsaten biex taqbdu lili! Jiena kuljum kont inkun bilqieghda fit-Tempju nghallem, u ma zammejtunix.”
K: Izda dan kollu gara biex isehh dak li kitbu l-Profeti. Imbaghad id-dixxipli kollha telquh u harbu. Dawk li qabdu ‘l Gesu haduh quddiem Kajfa, il-qassis il-kbir, fejn ga kienu ngabru l-kittieba u x-xjuh. Pietru kien baqa’ miexi warajh mill-boghod sal-palazz tal-qassis il-kbir, dahal gewwa u qaghad bil-qieghda mal-qaddejja biex jara kif kienet se tintemm il-bicca. Il qassisin il-kbar u s-Sanhedrin kollu bdew ifittxu xhieda foloz kontra Gesu bil-hsieb li jaghtuh il-mewt, imma ghad li ressqu bosta xhieda foloz, ma sabux fuqiex jakkuzawh. Fl-ahhar sabu tnejn u qalu:
P: “ Dan qal: Nista’ nhott it-Tempju ta’Alla u nerga’ nibnih fi tlitt ijiem.”
K: Il-qassis il-kbir qam u qallu:
S: “ Xejn ma twiegeb? X’inhuma jixhdu dawn kontra tieghek?”
K: Imma Gesu baqa sieket. Imbaghad il-qassis il-kbir qabad u qallu:
S: “Ahlifli fuq Alla l-haj u ghidilna jekk intix il-Messija, Bin Alla.”
K:Qallu Gesu:
+: “Inti stess qieghed tghidu. U nghidilkom ukoll li ‘l quddiem ghad taraw lil Bin il-Bniedem bil-qieghda n-naha tal-lemin tal-qawwa ta’ Alla u gej fuq is-shab tas-sema.”
K: Imbaghad il-qassis il-kbir carrat ilbiesu u qal:
S: “Din daghwa! Xi htiega ghandna izjed ta’xhieda? Ara, smajtuha issa d-daghwa. X’jidhrilkom?”
K: Huma wiegbu u qalu:
P: “Haqqu l-Mewt!”
K: Imbaghad bezqulu fuq wiccu u tawh bil-ponn, u xi whud bil-harta u qalulu:
P: “Aqta’ min tahielek, Messija, did-daqqa!”
K: Intant Pietru kien hemm barra bil-qieghda, ‘il gewwa mid-dahla tal-palazz. Resqet fuqu wahda qaddejja u qaltlu:
S: “Int wkoll kont ma’Gesu tal-Galilija.”
K: Izda huwa cahad quddiem kulhadd u qal:
S: “Anqas naf xi tridd tghid.”
K: Imbaghad warrab lejn id-dahla; lemhitu qaddejja ohra u qalet ‘il dawk li kienu hemm:
S: “Dan kien ma’ Gesu ta’Nazaret.”
K: U rega cahad u halef:
S: “Jien ma nafux ‘il dan il-bniedem.”
K: Wara ftit dawk l-istess resqu lejn Pietru u qalulu:
S: “Tassew, inti wkoll wiehed minnhom, ghax ghandek il-kisra ta’ kliemek tikxfek.”
K: Imbaghad qabad jishet lilu nnifsu u jahlef:
S: “Le, ma nafux ‘il dan il-bniedem.”
K: U minnufih is-serduq idden. U Pietru ftakar fil-kliem ta’Gesu meta qallu li ‘Qabel ma s-serduq jidden, inti tkun ga chadtni tliet darbiet.’ U hareg ‘il barra jibki biki ta’ qsim il-qalb. Il-ghada fil-ghodu l-qassisin il-kbar u x-xjuh tal-poplu ftiehmu lkoll bejniethom biex ‘il Gesu jaqtghuhielu ghall-mewt. Rabtuh u haduh maghhom biex jaghtuh f’idejn Pilatu il-gvernatur. Imbaghad Guda, it-traditur, meta ra li Gesu kien ikkundannat, nidem, u mar bit-tletin bicca tal-fidda ghand il-qassisin il-kbar u x-xjuh biex jerga’ jaghtilhomlhom lura, u qalilhom:
S: “Dak kien dnub li ghamilt, meta tajtkom f’idejkom demm bla htija.”
K: Izda huma qalulu:
S: “Ahna dan x’inhu affari taghna? Dak arah int!”
K: Hu waddab il-flus fis-santwarju, telaq u mar tghallaq. Imbaghad il-qassisin il-kbar gabru l-flus minn hemm u qalu:
S: “ Dawn manistghux inqeghduhom ma’ l-offerti, ghax huma prezz tad-demm.”
K: Ftiehmu bejniethom u b’dawk il-flus xtraw il-ghalqa ta’ Haddiem il-Fuhhar, biex fiha jidfnu l-pellergrini. Kien ghalhekk li dik il-ghalqa ssemmiet il-Ghalqa tad-Demm, u hekk ghadha maghrufa sallum. Imbaghad sehh dak li ntqal permezz tal-Profeta Geremija, meta qal: ‘U hadu t-tletin bicca tal-fidda, il-prezz ta’ dak li kien mibjugh bil-prezz moghti minn ulied Israel, u tawhom ghall-ghalqa ta’ haddiem il-Fuhhar, kif ikkmandani l-Mulej. Gesu waqaf quddiem il-gvernatur, u dan staqsieh:
S: “Inti s-Sultan tal-Lhud?”
K: U Gesu wiegbu:
+: “Inti stess qieghed tghidu.”
K: Izda meta l-qassisin il-kbar u x-xjuh bdew jakkuzawh, hu ma wiegeb xejn. Ghalhekk Pilatu qallu:
S: “ M’intix tisma’ kemm hwejjeg qeghdin jixhdu kontra tieghek?”
K: Izda hu anqas ghal akkuza wahda ma wiegeb, hekk li l-gvernatur baqa’ mistaghgeb hafna. Nhar ta’ festa, il-gvernatur kien soltu jitlaq wiehed habsi lin-nies, lil min iridu huma. Dik il-hatba kellhom wiehed habsi maghruf, jismu Barabba. Meta kif kienu migburin, Pilatu qalilhom:
S: “Lil min triduni nitilqilkom, lil Barabba jew ‘il Gesu li jghidulu l-Messija?”
K: Ghax hu kien jaf li kienet il-ghira li gaghlithom jaghtuh ‘il Gesu f’idejh. Issa waqt li kien bil-qieghda fuq is-siggu tat-tribunal, martu baghtet tghidlu:
S: “Qis li ma jkollokx x’taqsam ma’ dan ir-ragel gust, ghax il-lum, minhabba fih batejt hafna fil-holm.”
K: Izda l-qassisin il-kbar u x-xjuh, gieghlu lill-poplu jitolbuh jaghtihom ‘il Barabba u jeqirdu ‘l Gesu. Il-gvernatur mela rega staqsiehom:
S: “Lil minm triduni nitilqilkom minnhom it-tnejn?”
K: Qalulu:
P: “ Lil Barabba.”
K: Qalilhom Pilatu:
S: “U x’naghmel b’Gesu li jghidulu l-Messija?”
K: Wiegbu lkoll:
P: “Sallbu!”
K: Hu staqsiehom:
S: “Imma x’ghamel hazin?”
K: Huma aktar bdew jghajtu u jghidu:
P: “Sallbu!”
K: Meta mbaghad Pilatu ra li kollox kien ghalxejn, anzi aktarx kienet sa tinqala’ xi rewwixta, qabad u hasel idejh queddiem il-poplu u qal:
S: “Jien m’iniex hati ta’ dan id-demm; dan arawh intom!”
K: U l-poplu kollu qabez u qal:
P: “Demmu fuqna u fuq uliedna!”
K: Imbaghad telqilhom ‘il Barabba, u ‘l Gesu wara li tah is-swat tahulhom biex isallbuh. Imbaghad is-suldati tal-gvernatur hadu ‘l Gesu fil-Pretorju, u gabru quddiemu ‘l shabhom kollha. Nezzghuh, u xehtulu fuqu mantar ahmar skur; qeghdulu fuq rasu kuruna minsuga bix-xewk u qasba f’idu l-leminija, inxtehtu gharkobbtejhom quediemu u qaghdu jiddiehku bih u ghidulu:
P: “Sliem ghalik, sultan tal-Lhud!”
K: Bezqu fuqu, u hadulu l-qasba minn idu u bdew jaghtuh biha fuq rasu. Imbaghad, wara li ghaddewh biz-zufjett, nezzghulu l-mantar u xeddewlu hwejgu. U haduh maghhom biex isallbuh. Huma u sejrin, sabu ragel minn Cirene, jismu Xmun u gaghluh jerfaghlu s-salib. Meta waslu f’post jghidulu Golgota, jigifieri post il-Qorriegha, tawh jixrob inbid b’tahlita morra: hu daqu, u ma riedx jixorbu. Imbaghad sallbuh u qasmu hwejgu bejniethom billi tellghuhom bix-xorti u nxtehtu bil qieghda u qaqhdu hemm ghassa tieghu. U qeghdulu fuq rasu il-kawza tal-kundanna tieghu li kienet tghid hekk ‘ Dan hu Gesu s-sultan tal-Lhud.’ Imbaghad mieghu sallbu zewg hallelin, wiehed fuq il-lemin u l-iehor fuq ix-xellug. Dawk li kienu ghaddejjin bdew jghajruh, icaqalqu rashom u jghidu:
P: “Int li thott it-tempju u fi tlitt ijiem terga’ tibnih, salva lilek innifsek jekk int l-lben ta’ Alla; u inzel minn fuq is-salib.”
K: Hekk ukoll il-qassisin il-kbar bdew jiddiehku bih mal-kittieba u x-xjuh u jghidu:
S: “Salva ohrajn, lilu nnifsu ma jistax isalva! Hu s-sultan ta’ Israel! Ha jinzel issa minn fuq is-salib u nemmnu fih! Hu jafda f’Alla: ha jehilsu issa, jekk ihobbu! Ghax hu qal, Jiena Bin Alla!”
K: U bl-istess mod bdew imaqdruh ukoll il-hallelin li sallbu mieghu. Minn nofs in-nhar ‘il quddiem waqghet dalma kbira fuq il-pajjiz kollu sat-tlieta.  U f’xi tlieta ta’ wara nofs in-nhar Gesu Ghajjat. b’lehen qawwi u qal:
+ “Eli, Eli, lema sabaqtani?”
K: Jigifieri:
+ “Alla tieghi, Alla tieghi, ghaliex tlaqtni?”
K: Xi whud minn dawk li kienu hemm, kif semghuh, qalu:
P: “Lil Elija qieghed isejjah dan!”
K: U minnufih wiehed minnhom mar jigri, qabad sponza mimlija bil-hall, wahhalha f’tarf qasba u tah jixrob, waqt li l-ohrajn qalu:
P: “Stenna ha naraw jigix Elija jsalvah!”
K: Imma Gesu rega ghajjat ghajta kbira u ta ruhu.
K: U ara, il-purtiera tas-santwarju ccarrtet fit-tnejn, minn fuq s’isfel; l-art thezhzet, il-blat inqasam, u l-oqbra nfethu, u qamu hafna igsma ta’ qaddisin li kienu mietu, u, wara li qamu, hargu mill-oqbra u dahlu i-Belt Imgaddsa u dehru lil bosta nies. Ic-centurjun u dawk li kienu mieghu ghassa ta’ Gesu, kif raw l-art tithezhez u jigri dak kollu, imtlew b’biza li ma bhalu u qalu:
P: “Dan kien tassew I-lben ta’ Alla!”
K: Hemmhekk kien hemm hafna nies jharsu mill-boghod, dawk stess li kienu mxew wara Gesu biex jaqduh, sa minn meta kien fil-Galilija; fosthom kien hemm Marija ta’ Magdala, Marija omm Gakbu u Guzeppi u omm ulied Zebedew. X’hin sar fil-ghaxija, gie ragel, ghani, minn Arimatija, jismu Guzeppi, li hu wkoll kien sar dixxiplu ta’ Gesu; mar ghand Pilatu u talbu l-gisem ta’Gesu u mbaghad Pilatu ordna li jinghatalu. Guzeppi ha l-gisem u keffnu f’lizar nadif, qieghdu fil-qabar gdid tieghu li kien haffer fil-blat, u gerbeb gebla kbira fid-dahla tal-qabar, u telaq. Izda Marija ta’ Magdala u Marija l-ohra baqghu hemm bil-qieghda biswit il-qabar. Il-ghada, jigifieri, meta ghadda jum it-Thejjija, il-qassisin il-kbar u l-Farizej ingabru ghand Pilatu u qalu:
S: “Sinjur, ftakarna li dal-bniedem qarrieq, meta kien ghadu hajj, qal: ‘Wara tlitt ijiem inqum.” Mela ordna li l-qabar ikun imhares tajjeb sat-tlielet jum, li ma jmorrux jigu d-dixxipli tieghu jisirquh u jghidu lill-poplu, ‘qam mill-imwiet,’ u hekk il-qerq ta’ l-ahhar ikun aghar minn ta’ l-ewwel.”
K: Qalilhom Pilatu:
S: “Ghandkom il-ghassa, morru harsuh tajjeb kif tafu.”
K: U huma marru jissigillaw il-gebla biex il-qabar jibqa’ mhares sewwa, u hallew ukoll il-ghassa mieghu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

*

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.