Il-Mejda ta` L-Appostli


Tradizzjoni tal-Maltin

Il-Mejda ta’ l-Appostli taf il-bidu taghha mijiet ta’ snin ilu meta l-Papiet kienu jahslu riglejn 13-il sacerdot fqir minn pajjizi differenti. Wara kienu jaghtuhom xi bicciet tad-deheb u jitimghuhom ukoll. Hawn Malta din l-attivita kienu wkoll jaghmluha l-Kavallieri. Il-Kavallieri kienu wkoll iqassmu xi ikel lill-foqra ghall-habta tal-Ghid.

Meta l-Kavallieri tkeccew minn Malta din id-drawwa tkompliet mill-Konfraternita, jew Fratellanza, tas-Sagrament tal-Patrijiet Dumnikani tal-Belt. Fl-1709 certu Patri Paolo Stefani kien halla legat bex jindaqqu t-trombi waqt il-Purcissjoni tas-Sagrament. Imma fl-1784 il-legat ghadda biex jibda jghin lill-foqra bil-Mejda ta’ l-Appostli. Beda jitqassam l-ikel lil kull min kien ikun fil-htiega, laring, mandolin, inbid …

Nhar Hamis ix-Xirka l-Fratellanza tas-Sagrament kienet taghmel ic-cerimonja ta’ Hasil ir-Riglejn fl-Oratorju taghha fil-Belt. Kienu jintghazlu 13-il fqir u wara jinghataw hafna ikel imbierek waqt l-istess cerimonja.

Gara, madankollu, illi hafna foqra minn barra l-Belt bdew jigu jinkitbu halli jinhaslulhom riglejhom u wara jinghataw hafna ikel! Mhux biss, izda la l-bniedem dejjem bniedem, bdew ukoll jigu nies ghonja jilaghbuha ta’ fqajrin, jahslulhom saqajhom, u wara jmorru jinnegozjaw l-ikel li jkunu ddubbaw bil-qerq ta’ mohhhom! Mela Ilum l-ikel li jkun hemm jinghata lis-sorijiet li jrabbu t-tfal fl-orfanatrofji taghhom.

Il-mejda vera ta’ l-Appostli ma kienx fiha l-gid li jkun hemm fuq l-imwejjed li naraw fi nhawi differenti tal-gzejjer taghna ghal dan iz-zmien. Kull ma wiehed hu zgur minnu hu l-haruf u xi ghamaliet ta’ hobz, frott niexef u inbid. Il-mejda fl-Oratorju tal-Patrijiet Dumnikani hi l-eqdem wahda f’Malta u Ghawdex u hi biss evoluzzjoni tal-hsieb li tinghata l-karita u jitqassam l-ikel lill-foqra.

F’dawn iz-zminijiet wiehed isib ukoll, madankollu, ghamliet ohrajn ta’ mwejjed ta’ l-appostli. Dawn huma aktarx hafna aktar semplici, l-ghan taghhom ikun biex ikunu replika kemm jista’ jkun fidila ta’ dik il-mejda semplici ta’ l-Ahhar Ikla.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

*

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.